Sidien ta’ grinders tal-mudelli PSS 2 A, PSS 20 A, PSS 190 AC, PSS 200 A, PSS 200 AC, PSS 250 A, PSS 250 AE u PSS 2000 A mill-perjodu tal-produzzjoni minn Ġunju sa Awwissu 2007 huma mitluba biex joqogħdu attenti għal dan li ġej: Dan l-apparat m’għandux jibqa’ jintuża immedjatament u lanqas ma għandu jingħata lil xi ħadd ieħor. Dawk l-apparati li huma affettwati ser jinbidlu mingħajr ħlas . Taħt il-link li ġejja ser issib Avviż dwar is-sigurtà.
Dawn il-mudelli li ġejjin huma affetwati: PSS 2 A, PSS 20 A, PSS 190 AC, PSS 200 A, PSS 200 AC, PSS 250 A, PSS 250 AE u PSS 2000 A. Sabiex tkun taf liema mudell għandek fil-pussess tiegħek, tista’ taqra direttament minn fuq l-apparat (biex tkun taf fejn eżattament, ara l-istampa t’hawn taħt).
Jekk għandek apparat li huwa elenkat fil-lista, jista’ jkun li l-apparat tiegħek huwa affettwat. Biex tiċċekkja dan, ibda mal-ewwel mit-tieni pass. Jekk l-apparat tiegħek mhuwiex wieħed minn dawn il-mudelli, l-apparat tiegħek mhuwiex affettwat.
Jekk jogħġbok ikteb in-numru tal-apparat u tas-serje tal-grinder tiegħek fil-formola ta’ kontroll li ġejja. Sabiex tkun taf fejn jinsabu dawn fuq l-apparat tiegħek, ara fuq l-istampa li ġejja. Jekk jogħġbok kun af li ż-żewġ kaxex għandhom jimtlew.